8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – Peri vs EUIPO (Forma ta’ lukkett għal shuttering)

(Kawża T-656/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridminesjonali - Forma ta’ lukkett għal shuttering - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 287/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, agent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1178/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ lukkett għal shuttering bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.