3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Mayer vs EFSA

(Kawża T-493/14) (1)

((“Espert nazzjonali kkollokat - Regoli tal-EFSA dwar l-END - Deċiżjoni li l-kollokament ma jiġġeddidx - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Talbiet għal konstatazzjoni u għal ordni - Sottomissjonijiet komplementari għar-rikors - Modifika tal-kapijiet tat-talbiet - Ammissibbiltà”))

(2017/C 104/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ingrid Alice Mayer (Ellwangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Mayer, avukat)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent, assistit minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż sabiex jikkontesta d-deċiżjonijiet tal-EFSA li jiċħdu, minn naħa, it-talba tar-rikorrenti sabiex il-kollokament tagħha bħala espert nazzjonali mal-EFSA jiġi estiż u, min-naħa l-oħra, it-talba ta’ aċċess tar-rikorrenti għal dokumenti miżmuma mill-EFSA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ingrid Alice Mayer hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.