23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – August Storck vs UASI (2good)

(Kawża T-366/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 2good - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2015/C 389/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A.-C. Richter, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 996/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali 2good bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.