30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (TRECOLORE)

(Kawża T-365/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TRECOLORE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 398/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ April 2014 (Każ R 411/2013-5, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aeronautica Militare – Stato Maggiore u CBM Creative Brands Marken GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.