23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-317/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ forn - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Natura tal-użu tat-trade mark - Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2015/C 389/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Weiser u A. Grohmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Walicka, sussegwentment A. Poch, D. Botis u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 1656/2013-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Toni Klement u Bullerjan GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toni Klement huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.