19.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Warenhandelszentrum vs UASI – Baumarkt Max Bahr (NEW MAX)
(Kawża T-254/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NEW MAX - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 346/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Warenhandelszentrum Ltd (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F.-P. Hirschel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2035/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG u Warenhandelszentrum Ltd.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Warenhandelszentrum Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |