18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2015 – Masafi vs UASI – Hd1 (masafi)

(Kawża T-249/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva masafi - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti masafi - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 016/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masafi Co. LLC (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: G. Hinarejos Mulliez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Hd1 Ltd (Huddersfield, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 1131/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hd1 Limited u Masafi Co. LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Masafi Co. LLC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C ##, ##