30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Sonova Holding vs UASI (Flex)

(Kawża T-187/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja verbali FLEX - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 398/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sonova Holding AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Hawkes, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 357/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FLEX bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sonova Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.