23.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASmALI)
(Kawża T-136/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata jew sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 389/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1086/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1086/2012-4) hija annullata. |
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Tilda Riceland Private Ltd. |