23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASmALI)

(Kawża T-136/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata jew sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1086/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1086/2012-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Tilda Riceland Private Ltd.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014