24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Goldfish et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Is-suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tal-volumi ta’ bejgħ - Ammissibbiltà tal-provi - Użu bħala prova ta’ reġistrazzjonijiet sigrieti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi - Evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2016/C 392/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Goldfish BV (Zoutkamp, il-Pajjiżi l-Baxxi), Heiploeg BV (Zoutkamp), Heiploeg Beheer BV (Zoutkamp) u Heiploeg Holding BV (Zoutkamp) (rappreżentanti: P. Glazener u B. Winters, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, sussegwentement minn P. Van Nuffel u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 finali, tas 27 ta’ Novembru 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Goldfish BV, Heiploeg BV, Heiploeg Beheer BV u Heiploeg Holding BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.