15.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2015 – SBS Belgium NV vs Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers (SABAM)

(Kawża C-325/14)

2014/C 315/67

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SBS Belgium NV

Konvenuta: Belgische Vereniging van Auteurs, Componisten en Uitgevers (SABAM)

Domandi preliminari

Organizzazzjoni tax-xandir li xxandar il-programmi tagħha esklużivament bit-teknika tal-injezzjoni diretta, jiġifieri skont proċess f’żewġ stadji fejn l-organizzazzjoni tipprovdi s-sinjali tagħha li jikkontjenu programmi b’mod ikkodifikat permezz tas-satellita, permezz ta’ konnessjoni ottika jew b’kull mezz ta’ trażmissjoni ieħor lid-distributuri (fornituri ta’ pakketti satellitari, kumpanniji ta’ teledistribuzzjoni bil-kejbil jew bil-linji xDSL) mingħajr ma s-sinjali jkunu aċċessibbli għall-pubbliku matul jew fl-okkażjoni ta’ din il-provvista u fejn sussegwentement id-distributuri jibagħtu s-sinjali lill-abbonati tagħhom sabiex dawn ikunu jistgħu jaraw il-programmi msemmija, twettaq att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.