28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fit-2 ta’ Ġunju 2014 – Skatteverket vs David Hedqvist

(Kawża C-264/14)

2014/C 245/09

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenut: David Hedqvist

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-VAT (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tranżazzjonijiet fil-forma li ġiet deskritta bħala l-kambju ta’ munita virtwali lejn munita tradizzjonali u viċe versa, imwettaq għal korrispettiv li jiżdied mill-fornitur meta tiġi kkalkulata r-rata tal-kambju, jikkostitwixxu provvisti ta’ servizzi mwettqa bi ħlas?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun pożittiva, l-Artikolu 135(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tranżazzjonijiet ta’ kambju kif deskritti iktar 'il fuq huma eżentati?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).