8.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Mejju 2014 – DHL Hub Leipzig GmbH vs Hauptzollamt Braunschweig

(Kawża C-228/14)

2014/C 303/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DHL Hub Leipzig GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Braunschweig

Domanda preliminari

It-taxxa fuq il-valur miżjud fuq importazzjonijiet ta’ beni li ġew esportati mill-ġdid bħala beni mhux Komunitarji taħt sorveljanza doganali, li huma madankollu suġġetti għal dejn doganali minħabba ksur tal-obbligu taħt l-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), li fil-każ ineżami jikkonsisti fin-nuqqas ta’ twettiq tal-proċedura tat-tranżitu estern Komunitarju permezz ta’ preżentazzjoni quddiem l-Uffiċċju Doganali kompetenti qabel l-introduzzjoni tal-beni f’pajjiż terz, għandha titqies li ma hijiex legalment dovuta fis-sens tal-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE (2), fi kwalunkwe każ, meta jitqies li d-debitur huwa l-persuna li kellha twettaq l-obbligu mhux issodisfat, mingħajr ma kienet awtorizzata tiddisponi mill-beni?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).