24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Marzu 2014 – Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino vs Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

(Kawża C-131/14)

2014/C 194/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino

Konvenuti: Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

Domanda preliminari

Ir-Regolament Nru 1047/2001 (1) u Nru 2988/95 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa pprojbit u jikkostitwixxi abbuż ta’ liġi u aġir maħsub sabiex jiffrustra l-liġi applikabbli l-aġir ta’ operatur Komunitarju A (Malvi Sas) li, filwaqt li ma għandux liċenzja għall-importazzjoni jew filwaqt li jkun eżawrixxa l-kwota tiegħu, jixtri stokkijiet ta’ merkanzija mingħajr operatur Komunitarju ieħor B (Tonini Roberto & C. Sas) li, min-naħa tiegħu, ikun xtara dawn l-istokkijiet mingħand fornitur extra-Komunitarju (Bananaservice srl), li jkun ittrasferixxihom fi Stat terz lil operatur Komunitarju ieħor C (L’Olivo Maria) li, peress li kien jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, kiseb liċenzja fil-kuntest tal-kwota u li, mingħajr ma ttrasferixxa ċ-ċertifikat tiegħu, qegħdhom fiċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità Ewropea sabiex imbagħad, wara r-rilaxx tagħhom mid-dwana u b’remunerazzjoni adegwata bħala korrispettiv, li kienet inqas mid-dazju speċifiku għall-importazzjoni barra mill-kwota, ittrasferixxihom lill-istess operatur B (Tonini Roberto & C. Sas) li finalment biegħhom lill-operatur A (Malvi Sas)?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1047/2001, tat-30 ta’ Mejju 2001, li jintroduċi sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ oriġini u li jistabbilixxi l-metodu għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji għat-tewm importat minn pajjiżi terzi (ĠU L 145, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).