12.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Granada (Spanja) fit-18 ta’ Frar 2014 – Marta León Medialdea vs Ayuntamiento de Huetor Vega

(Kawża C-86/14)

2014/C 142/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Granada

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marta León Medialdea

Konvenut: Ayuntamiento de Huetor Vega

Domandi preliminari

1)

Il-ħaddiem għal żmien indeterminat mhux permanenti, kif iddefinit mil-liġi u mill-ġurisprudenza Spanjola, huwa, skont id-definizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1), ħaddiem għal żmien determinat?

2)

Interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dritt intern mill-qorti nazzjonali fejn skont dawn, fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat frawdolenti fis-settur pubbliku, mibdula f’kuntratti għal żmien indeterminat mhux permanenti, l-amministrazzjoni tista’ timla jew telimina l-pożizzjoni unilateralment mingħajr ma tagħti ebda kumpens lill-ħaddiem u mingħajr ma jiġu previsti miżuri oħra li jillimitaw l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?

3)

Tali attitudni tal-amministrazzjoni hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jekk, meta hija tiddeċiedi li timla jew telimina l-pożizzjoni, hija tagħti l-kumpens previst għall-waqfien ta’ kuntratti għal żmien determinat regolarment konklużi?

4)

Tali attitudni tal-amministrazzjoni hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jekk, meta hija tiddeċiedi li timla jew telimina l-pożizzjoni, hija kellha tirrikori għall-proċeduri u għar-raġunijiet previsti għat-tkeċċijiet minħabba raġunijiet oġġettivi, bl-għoti tal-istess kumpens?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.