3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Frar 2017 – Portovesme Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-606/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana favur Portovesme Srl - Skemi ta’ tariffa preferenzjali tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżura ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern))

(2017/C 104/19)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Portovesme Srl (rappreżentanti: G. Dore, M. Liberati, A. Vinci u F. Ciulli, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Portovesme Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.