22.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Athinon – il-Greċja) – Viamar – Elliniki Aftokiniton kai Genikon Epicheiriseon AE vs Elliniko Dimosio
(Kawża C-402/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxi interni - Dazji doganali ta’ natura fiskali - Taxxi li għandhom effett ekwivalenti - Formalitajiet marbuta mal-qsim tal-fruntieri - Artikolu 30 TFUE - Artikolu 110 TFUE - Direttiva 92/12/KEE - Artikolu 3(3) - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 1(3) - Assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali - Effett dirett - Ġbir ta’ taxxa fuq il-vetturi bil-mutur fil-mument tal-importazzjoni tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru - Taxxa marbuta mar-reġistrazzjoni u mat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni eventwali tal-vettura - Rifjut ta’ rimbors tat-taxxa fil-każ ta’ assenza ta’ reġistrazzjoni tal-vettura))
(2016/C 068/18)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Dioikitiko Efeteio Athinon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Viamar – Elliniki Aftokiniton kai Genikon Epicheiriseon AE
Konvenuta: Elliniko Dimosio
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jiġi prodott effett dirett li jippermetti lill-individwi jinvokawh quddiem qorti nazzjonali f’kawża li jkollhom kontra Stat Membru. |
2) |
L-Artikolu 30 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi prattika ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha t-taxxa ta’ reġistrazzjoni miġbura mal-importazzjoni ta’ vetturi bil-mutur li joriġinaw minn Stati Membri oħra ma tiġix irrimborsata, filwaqt li l-vetturi kkonċernati, li qatt ma ġew irreġistrati f’dan l-Istat Membru, ikunu ġew esportati mill-ġdid lejn Stat Membru ieħor. |