22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – X-Steuerberatungsgesellschaft vs Finanzamt Hannover-Nord

(Kawża C-342/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Artikolu 5 - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikoli 16 u 17(6) - Artikolu 56 TFUE - Kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru u li tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi r-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-kumpanniji ta’ konsulenza fiskali])

(2016/C 068/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-Steuerberatungsgesellschaft

Konvenut: Finanzamt Hannover-Nord

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-attività ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali, tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kumpannija ta’ konsulenza fiskali, ikkostitwita b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fejn din il-kumpannija ġiet stabbilita, li tistabbilixxi, f’dan l-aħħar Stat Membru fejn l-attività ta’ konsulenza fiskali ma hijiex irregolata, dikjarazzjoni fiskali għal destinatarju f’dan l-ewwel Stat Membru u tibgħatha lill-awtorità fiskali ta’ dan, mingħajr ma l-kwalifika miksuba minn din il-kumpannija, jew mill-persuni fiżiċi li jwettqu għal din il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali, fi Stati Membri oħra tiġi rikonoxxuta fil-valur ġust tagħha u debitament meħuda inkunsiderazzjoni.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.