22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2015 – LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-227/14 P) (1)

((“Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 101 TFUE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) - Iffissar tal-prezzijiet - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2006) - Punt 13 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ - Impriża komuni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ lill-kumpanniji parent - Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (2002) - L-aħħar subparagrafu tal-punt 23(b) - Immunità parzjali minn multa - Provi ta’ fatti li preċedentement il-Kummissjoni ma kinitx taf bihom”))

(2015/C 205/17)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd (rappreżentant: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

LG Display Co. Ltd u LG Display Taiwan Co. Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.