1.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/11


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2013 — BH Stores vs UASI — Alex Toys (ALEX)

(Kawża T-657/13)

2014/C 61/19

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BH Stores BV (Willemstad, Curaçao) (rappreżentanti: T. Dolde u M. Hawkins, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alex Toys LLC (Greenwich, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Settembru 2013, fil-Każ R 1950/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALEX” għal prodotti fil-klassijiet 16, 20, u 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 540 173

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet Ġermaniżi ta’ trade marks Nru 1 049 274 u Nru 648 968 tat-trade mark verbali “ALEX” u r-reġistrazzjoni Ġermaniża Nru 39 925 705 tat-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “ALEX” għal prodotti fil-klassi 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 75 u 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja