20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2013 — Castell Macía vs UASI — PJ Hungary (PEPE CASTELL)

(Kawża T-242/13)

2013/C 207/64

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Castell Macía (Elche, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda, H. Mosback u G. Macias Bonilla, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PJ Hungary Szolgáltató kft (PJ Hungary kft) (Budapest, l-Ungerija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Frar 2013, mogħtija fil-Każ Nru 1401/2012-1, b’mod li tiġi miċħuda l-oppożizzjoni magħmula u tintlaqa’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 798 862“PEPE CASTELL” u l-kundanna tal-konvenut għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi;

tikkundanna lill-UASI, bħala konvenut, ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dan ir-rikors;

jekk ikun il-każ, tordna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tagħha u tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PEPE CASTELL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 798 862

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: PJ Hungary Szolgáltató kft

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “Pepe Jeans FOOTWEAR” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Reglament Nru 207/2009