25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/21


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2013 — Eltek vs UASI — Eltec Elektronik (ELTEK)

(Kawża T-139/13)

2013/C 147/38

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eltek SpA (Casale Monferrato, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eltec Elektronik AG (Mainz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-7 ta’ Jannar 2013 (kif irrettifikata bir-rettifika tat-22 ta’ Jannar 2013) innotifikata u rċevuta fl-10 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 511/2012-1, dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 992 851, u l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4368 064, minħabba li r-rekwiżiti kollha għal reġistrazzjoni valida ta’ kull prodott kienu ssodisfatti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELTEK”, għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 368 064

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Ġermaniża u reġistrazzjoni internazzjonali “ELTEC”, li tkopri il-Benelux, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija u l-Portugall, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda fir-rigward ta’ ċerti prodotti fil-klassi 9

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.