23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – Société européenne des chaux et liants vs ECHA

(Kawża T-540/13) (1)

((“Rikors għal annullament - REACH - Impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva għal żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Sistema lingwistika - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”))

(2015/C 389/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société européenne des chaux et liants (Bourgoin-Jallieu, Franza) (rappreżentant: J. Dezarnaud, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni SME (2013) 1665 tal-ECHA, tal-21 ta’ Mejju 2013, sa fejn timponi spiża amministrattiva fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Société européenne des chaux et liants għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).


(1)  ĠU C 31, 1.2.2014.