19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/13) (1)

((“FAEGG - Taqsima ta’ Garanziji - FAEG u Faeir - Infiq eskluż mill-finanzjament - Miżuri ta’ żvilupp rurali - Agroambjent - Adegwatezza tal-kontrolli - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa”))

(2015/C 346/25)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I.-K. Chalkias, X. Basakou u A.-E. Vasilopoulou, sussegwentement A.-E. Vasilopoulou, G. Kanellopoulos u O. Tsirkinidou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU L 123, p. 11).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, hija annullata, sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja ta’ 2 % f’dak li jirrigwarda s-submiżuri agroambjentali “Biedja Organika” u “Trobbija Bijoloġika”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 245, 24.8.2013.