23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-156/13 u T-373/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Entità infrastatali - Locus standi u interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ notifika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà”))

(2015/C 389/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petro Suisse Intertrade Co. SA (Pully, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, N. Pilkington u D. Sellers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża sabiex iżżomm il-miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Petro Suisse Intertrade Co. SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.