30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Staccata (QUARTODIMIGLIO QM)

(Kawża T-76/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva QUARTODIMIGLIO QM - Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw żewġ ġwienah estiżi u trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti LONGINES - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 107/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Staccata Srl (Côme, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 62/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Staccata Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Compagnie des montres Longines, Francillon SA hija kkundannara għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.