Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta ’ Ottubru 2015 – Ediltecnica

(Kawża C‑592/13) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 191(2) TFUE — Direttiva 2004/35/KE — Responsabbiltà ambjentali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-possibbiltà għall-amministrazzjoni li timponi, lill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin, l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni u li tipprevedi biss l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-awtoritajiet — Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni fis-sors tal-ħsarat għall-ambjent”

1. 

Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 10, 11)

2. 

Ambjent — Prevenzjoni u rimedju għal danni ambjentali — Responsabbiltà ambjentali — Direttiva 2004/35 — Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas — Impossibbiltà li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu minn dan il-miżuri ta’ rimedju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu ta’ rimbors tal-interventi, imwettqa mill-awtorità kompetenti, mill-proprjetarji tal-artijiet imniġġsin li ma kkontribwixxewx għal dan it-tniġġis — Ammissibbiltà (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/35) (ara l-punti 12 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, meta huwa impossibbli li jiġi identifikat ir-responsabbli għat-tniġġis ta’ art jew li jinkisbu l-miżuri ta’ riparazzjoni minnu, ma tippermettix lill-awtorità kompetenti li timponi l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riabilitazzjoni lill-proprjetarju ta’ din l-art, li ma huwiex responsabbli għat-tniġġis, b’dan ikun biss meħtieġ li jirrimborsa l-ispejjeż għall-interventi mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-limitu tal-valur tas-suq tas-sit, stabbiliti wara l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-interventi.


( 1 )   ĠU C 52, 22.2.2014.