22.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 85/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Rohm Semiconductor GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-666/13)

2014/C 85/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rohm Semiconductor GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Domandi preliminari  (1)

(1)

Il-fatt li merkanzija jkollha funzjoni individwali fis-sens tal-intestatura 8543 tan-Nomenklatura Maqgħuda għandu bħala konsegwenza li, minkejja l-kompożizzjoni tagħha, din il-merkanzija ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 8541?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva: taħt liema kundizzjonijiet moduli li jitrażmettu/jirċevu [intiżi għat-trasferiment ta’ data minn telefon ċellulari lejn telefon ċellulari ieħor jew lejn apparat eletroniku ieħor bħal laptop, printer jew apparat fotografiku diġitali permezz tar-raġġi infra-ħomor], li għandhom funzjoni individwali fis-sens tal-intestatura 8543, għandhom jiġu kkunsidrati bħala partijiet ta’ magni, apparat jew tagħmir koperti minn din l-intestatura?


(1)  Dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana (ĠU L 290 p. 1).