30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fis-27 ta’ Settembru 2013 — Belgacom SA, li assumiet l-istanza istitwita minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur

(Kawża C-517/13)

2013/C 352/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgacom SA, li assumiet l-istanza istitwita minn Belgacom Mobile SA

Konvenut: Province de Namur

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li regolamentazzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew ta’ awtorità lokali tistabbilixxi, għal finijiet baġitarji li huma estranji għall-finijiet ta’ din l-awtorizzazzjoni, taxxa fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjonijiet mobbli użati fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet koperti minn awtorizzazzjoni ġenerali mogħtija fl-implementazzjoni ta’ din id-direttiva (jekk ikun il-każ billi ssir distinzjoni tal-każ fejn dawn l-infrastrutturi huma stabbiliti fuq beni privati mill-każ fejn dawn huma stabbiliti fuq beni pubbliċi)?

(2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li regolamentazzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew ta’ awtorità lokali tistabbilixxi, għal finijiet baġitarji li huma estranji għal dawk ta’ din l-awtorizzazzjoni, taxxa fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjonijiet mobbli li ma tinsabx indikata fost il-kundizzjonijiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari peress li din ma tikkostitwixxix ħlas amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 12?


(1)  ĠU Edizzjonali Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.