16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Adala Bero

(Kawża C-473/13)

2013/C 336/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adala Bero

Konvenut: Regierungspräsidium Kassel

Domanda preliminari

Mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) jista’ jiġi dedott id-dmir ta’ Stat Membru li jwettaq id-detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija f’ċentri ta’ detenzjoni speċjalizzati anki fil-każ li fl-imsemmi Stat Membru l-imsemmija ċentri jeżistu biss f’xi wħud mill-entitajiet territorjali tal-istruttura federali tiegħu u f’oħrajn le?


(1)  ĠU L 348, p. 98.