Kawża C‑519/13

Alpha Bank Cyprus Ltd

vs

Senh Dau Si et

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio Kyprou (qorti suprema tar-Repubblika ta’ Ċipru)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili jew kummerċjali — Notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikolu 8 — Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument — Assenza ta’ traduzzjoni ta’ xi wieħed mid-dokumenti mibgħuta — Assenza tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament — Konsegwenzi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji – Regolament Nru 1393/2007 – Għanijiet

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji – Regolament Nru 1393/2007 – Rifjut ta’ riċezzjoni tal-att – Kompetenzi u obbligi tal-aġenzija li tirċievi – Kompetenza ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ rifjut – Assenza – Evalwazzjoni li għandha twettaq il-qorti nazzjonali tal-Istat Membru li jibgħat

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007, Artikolu 7, 8(1), (2) u (3) u Anness I)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji – Regolament Nru 1393/2007 – Rifjut ta’ riċezzjoni tal-att – Dritt mogħti lid-destinatarju tal-att taħt ċerti kundizzjonijiet – Obbligu għall-aġenzija li tirċievi li tinforma l-imsemmi destinatarju bid-dritt tiegħu permezz ta’ formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament – Assenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007, Artikolu 8(1) u Anness II)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji – Regolament Nru 1393/2007 – Aġenzija li tirċievi li ma informatx id-destinatarju tal-att bid-dritt tiegħu ta’ rifjut permezz ta’ formola standard li tinsab fl-Anness II – Konsegwenzi – Annullament tal-proċeduri – Assenza – Obbligu għall-aġenzija li tirċievi li tirregolarizza l-imsemmija ommissjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1393/2007, Anness II)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 29-33)

  2.  Konformement mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1393/2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, hija l-aġenzija li tirċievi li għandha tipproċedi b’mod effettiv għan-notifika tad-dokument lid-destinatarju. F’dan il-kuntest, hija għandha, minn naħa, iżżomm informata l-aġenzija li tibgħat l-elementi kollha rilevanti ta’ din it-tranżazzjoni billi tibgħat lura l-formola standard li tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-regolament u, min-naħa l-oħra, konformement mal-Artikolu 8(1) tiegħu, iġġib għall-konjizzjoni tad-destinatarju li huwa jista’ jirrifjuta li jirċievi d-dokument jekk dan tal-aħħar ma huwiex ifformulat jew tradott f’waħda mil-lingwi msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri jew lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem, jew il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jirċievi jew, jekk ikun il-każ, waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn wieħed għandu jipproċedi għan-notifika, lingwi li d-destinatarju huwa mistenni li jrażżan. Meta tali rifjut huwa effettivament oppost minn dan tal-aħħar, huwa l-obbligu tiegħu barra minn hekk, bis-saħħa tal-paragrafi 2 u 3 tal-istess artikolu, li għandu javża immedjatament lill-aġenzija li tibgħat u jibgħat lura t-talba u d-dokument li tagħhom tintalab traduzzjoni. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija aġenziji ma jistgħux jieħdu deċiżjoni fuq domandi ta’ natura sostanzjali, bħal dawk li ssir taf liema lingwa jew lingwi d-destinatarju tad-dokument jifhem u jekk id-dokument għandu jew le li jkollu miegħu traduzzjoni f’waħda mil-lingwi indikati fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament. B’mod iktar partikolari, dan ir-regolament ma jagħti lill-aġenzija li tirċievi ebda setgħa biex tevalwa jekk iċ-ċirkustanzi li fihom id-destinatarju ta’ dokument jista’ jirrifjuta li jirċivih, jinsabu fl-Artikolu 8(1) tiegħu huma ssodisfatti jew le.

    Għall-kuntrarju, huwa l-obbligu tal-unika qorti nazzjonali adita fl-Istat Membru li jibgħat li tieħu deċiżjoni fuq id-domandi ta’ din in-natura, peress li jipprekludu l-applikant u l-konvenut. L-imsemmija qorti ser titwassal li tivverifika, għat-talba tal-applikant, jekk ir-rifjut mid-destinatarju li jirċievi att minħabba li ma huwiex ifformulat b’lingwa li jifhem jew mistenni li jifhem kien iġġustifikat jew le. Għal dan il-għan, ser ikollha tqis debitament l-elementi kollha tal-proċess biex, minn naħa, tistabbilixxi l-konoxxenzi lingwistiċi tad-destinatarju tad-dokument u, min-naħa l-oħra, tiddeċiedi jekk, fid-dawl tan-natura tad-dokument li jirrigwardah, traduzzjoni ta’ dan tal-aħħar huwa meħtieġ.

    B’mod definittiv, l-imsemmija qorti ser ikollha, f’kull każ f’dan il-każ, tiżgura li d-drittijiet rispettivi tal-partijiet ikkonċernati huma protetti b’mod ibbilanċjat, billi jitqiegħed f’ekwilibriju l-objettiv tal-effikaċja u tal-ħeffa tan-notifika fl-interess tal-applikant u dak tal-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tad-difiża fil-konfront tad-destinatarju.

    (ara l-punti 36, 37, 40-43)

  3.  Ir-Regolament Nru 1393/2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġenzija li tirċievi hija obbligata, fiċ-ċirkustanzi kollha u mingħajr ma jkollha f’dan ir-rigward marġni ta’ diskrezzjoni, li tinforma lid-destinatarju ta’ dokument bid-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi dan, billi tuża sistematikament għal dan il-għan il-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament.

    Fil-fatt, dan ir-regolament ma jinkludi ebda eċċezzjoni għall-użu ta’ żewġ formoli standard li jidhru, rispettivament, fl-Annessi I u II tiegħu. Barra minn hekk, l-imsemmija formoli jikkostitwixxu, kif tindika l-premessa 12 ta’ dan ir-regolament, strumenti li permezz tagħhom id-destinatarji huma informati bil-fakultà li għandhom li jirrifjutaw li jirċievu d-dokument innotifikat.

    Kif jirriżulta mill-istess kliem tat-titolu u tal-kontenut tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-regolament, il-fakultà li jiġi rrifjutat id-dokument innotifikat, kif previst fl-imsemmi Artikolu 8(1) hija kklassifikata bħala “dritt” tad-destinatarju ta’ dan id-dokument. Madankollu, sabiex dan id-dritt mogħti mil-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea jkun jista’ effettivament jipproduċi l-effetti tiegħu, għandu jinġieb bil-miktub għall-konjizzjoni tad-destinatarju tad-dokument. Fis-sistema introdotta mir-Regolament Nru 1393/2007, din l-informazzjoni hija pprovduta lilu permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II.

    Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1393 jinkludi żewġ dikjarazzjonijiet ċertament marbutin, iżda madankollu distinti, jiġifieri, minn naħa, id-dritt materjali tad-destinatarju tad-dokument li jirrifjuta li jirċievi dan, minħabba biss li ma huwiex ifformulat jew għandu miegħu traduzzjoni f’lingwa li mistenni li jifhem u, min-naħa l-oħra l-informazzjoni formali tal-eżistenza tal-imsemmi dritt miġjub għall-konjizzjoni tiegħu mill-aġenzija li tirċievi. Fi kliem ieħor, il-kundizzjoni relatata mas-sistema lingwistika tad-dokument jirreferi mhux għall-informazzjoni tad-destinatarju mill-aġenzija li tirċievi, iżda esklużivament għad-dritt ta’ rifjut irriżervat għal dan tal-aħħar.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li r-rifjut stess huwa ċertament ċarament ikkundizzjonat, fis-sens li d-destinatarju tad-dokument jista’ validatament jagħmel użu minnu biss fl-ipoteżi fejn id-dokument inkwistjoni ma huwiex ifformulat jew għandu miegħu traduzzjoni jew f’lingwa li jifhem, jew bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jirċievi jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun ser titwettaq in-notifika.

    Xorta jibqa’ l-fatt li l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ta’ rifjut jippreżumi li d-destinatarju tad-dokument ġie debitament informat, minn qabel u bil-miktub, tal-eżistenza tad-dritt tiegħu.

    Għaldaqstant, l-aġenzija li tirċievi, meta għandha tinnotifika d-dokument hi stess jew tqabbad lil min jinnotifikah lid-destinatarju tiegħu, hija marbuta, f’kull każ, li tehmeż mad-dokument inkwistjoni l-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-Regolament Nru 1393/2007 li tinforma lil dan id-destinatarju bid-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi dan id-dokument.

    (ara l-punti 44, 45, 47, 49-51, 53-55, 58, 77 u d-dispożittiv)

  4.  Ir-Regolament Nru 1393/2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanza li l-aġenzija li tirċievi meta tipproċedi bin-notifika ta’ dokument lid-destinatarju tiegħu, ma tehmiżx il-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-regolament, tikkostitwixxi mhux motiv tal-annullament tal-proċedura, iżda ommissjoni li għandha tiġi rregolarizzata konformement mad-dispożizzjonijiet iddikjarati minn dan ir-regolament.

    Fil-fatt, ma jirriżulta minn ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament li l-assenza ta’ informazzjoni lid-destinatarju ta’ dokument, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-regolament, tad-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi din twassal għall-annullament tal-proċedura tan-notifika. Barra minn hekk, fir-rigward tal-konsegwenzi tar-rifjut tad-destinatarju ta’ dokument li jirċievi dan tal-aħħar, minħabba li dan id-dokument ma kellux miegħu traduzzjoni f’lingwa li jifhem jew f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jirċievi, diġà ġie ġudikat, fir-rigward tar-Regolament Nru 1348/2000 li ġie qabel ir-Regolament Nru 1393/2007, li kien hemm lok mhux li tingħata deċiżjoni dwar l-annullament tal-proċedura, iżda li tippermetti, min-naħa l-oħra, lill-mittenti li jkollu l-possibbiltà li jirrimedja l-assenza tad-dokument meħtieġ billi jibgħat it-traduzzjoni mitluba. Għandha tinżamm soluzzjoni simili fl-ipoteżi fejn l-aġenzija li tirċievi naqset milli tittrażmetti lid-destinatarju ta’ dokument il-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament tal-aħħar. Fil-fatt, l-ommissjoni tal-imsemmija formola standard u r-rifjut li wieħed jirċievi dokument minħabba n-nuqqas ta’ traduzzjoni xierqa huma marbutin mill-qrib sa fejn, f’dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, tista’ tiġi ppreġudikata l-proċedura, mid-destinatarju ta’ tali dokument, tad-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi d-dokument inkwistjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-annullament jew tad-dokument li għandu jiġi nnotifikat jew inkella tal-proċedura tan‑notifika hija inkompatibbli mal-objettiv segwit mir-Regolament Nru 1393/2007, li jikkonsisti li jiġi previst metodu ta’ trażmissjoni diretta, mgħaġġla u effettiva bejn l-Istati Membri tad-dokumenti fil-qasam ċivili u kummerċjali.

    Konsegwentement, f’każ ta’ ommissjoni tal-informazzjoni permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-regolament, ser tkun l-aġenzija li tirċievi li tipproċedi mingħajr dewmien għall-informazzjoni lid-destinatarji tad-dokument tad-dritt tagħhom li jirrifjutaw li jirċievu dan tal-aħħar, billi titrażmettilhom, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-regolament, l-imsemmija formula standard.

    (ara l-punti 59-61, 63, 64, 66, 67, 72, 76, 77 u d-dispożittiv)