30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Greenpeace Nederland, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

(Kawża C-673/13 P) (1)

((Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Århus - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika - Kunċett ta’ “informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent” - Dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza attiva inkluża fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva glifosat))

(2017/C 030/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Ondrůšek, P. Oliver u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: American Chemistry Council Inc. (ACC), CropLife America Inc., National Association of Manufacturers of the United States of America (NAM) (rappreżentanti: M. Abenhaïm, avukat, K. Nordlander, advokat, u P. Harrison, solicitor), CropLife International AISBL (CLI) (rappreżentanti: D. Abrahams, barrister, R. Cana u E. Mullier, avukati, kif ukoll minn A. Patsa, dikigoros), European Chemical Industry Council (Cefic), European Crop Protection Association (ECPA) (rappreżentanti: I. Antypas u D. Waelbroeck, avukati, kif ukoll minn D. Slater, solicitor), European Crop Care Association (ECCA) (rappreżentant: S. Pappas, dikigoros), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Lippstreu, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Greenpeace Nederland, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (rappreżentanti: B.N. Kloostra u A. van den Biesen, advocaten)

Parti intervenjenti insostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: E. Karlsson, L. Swedenborg, A. Falk, U. Persson, C. Meyer-Seitz u N. Otte Widgren, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Ottubru 2013, Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni (T-545/11, EU:T:2013:523), hija annullata.

2)

Il-Kawża T-545/11 hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.