23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Bordeaux – Franza) – Thierry Delvigne vs Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde

(Kawża C-650/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 39 u 49 - Il-Parlament Ewropew - Elezzjonijiet - Dritt għal vot - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Retroattività tal-liġi penali l-inqas severa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-projbizzjoni tad-dritt għal vot fil-każ ta’ kundanna penali mogħtija fl-aħħar istanza qabel l-1 ta’ Marzu 1994))

(2015/C 389/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Bordeaux

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thierry Delvigne

Konvenuti: Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde

Dispożittiv

L-Artikolu 39(2) u l-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi ipso iure mill-benefiċjarji ta’ dritt għal vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-persuni li bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, ġew ikkundannati għal reat serju li sar definittiv qabel l-1 ta’ Marzu 1994.


(1)  ĠU C 129, 28.04.2014