3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 – Laufen Austria AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-637/13 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal -installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Limitu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tas-sena 2006 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa)

(2017/C 104/12)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Laufen Austria AG (rappreżentant: E. Navarro Varona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Castillo de la Torre u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Settembru 2013, Laufen Austria vs Il-Kummissjoni (T-411/10, EU:T:2014:443), hija annullata.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi fuq it-talba ta’ tnaqqis tal-multa imposta, imressqa minn Laufen Austria AG.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.