22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek

(Kawża C-454/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikoli 12 u 13 - Ħlasijiet amministrattivi - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni komunali - Taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli))

(2016/C 068/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Proximus SA, li kienet Belgacom SA

Konvenuta: Commune d'Etterbeek

Dispożittiv

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “ta’ Awtorizzazzjoni”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.