30.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Technische Universität Hamburg-Harburg, Hochschul-Informations-System GmbH vs Datenlotsen Informationssysteme GmbH
(Kawża C-15/13) (1)
((Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Direttiva 2004/18/KE - Għoti ta’ kuntratt mingħajr il-bidu ta’ proċedura għal sejħa għal offerti - Għoti msejjaħ “in house” - Kuntrattur ġuridikament differenti mill-awtorità kontraenti - Kundizzjoni ta’ “kontroll simili” - Awtorità kontraenti u kuntrattur li ma għandhomx bejniethom relazzjoni ta’ kontroll - Awtorità pubblika terza li teżerċita kontroll parzjali fuq l-awtorità kontraenti u kontroll fuq il-kuntrattur li jista’ jiġi kklassifikat bħala “simili” - “Tranżazzjoni interna orizzontali”))
2014/C 202/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Technische Universität Hamburg-Harburg, Hochschul-Informations-System GmbH
Konvenuta: Datenlotsen Informationssysteme GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “kuntratt pubbliku” li jinsab fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) – Inklużjoni eventwali ta’ kuntratt bejn kumpannija u università suġġetti għall-kontroll tal-istess organu tad-dritt pubbliku li huwa l-awtorità kontraenti fis-sens tad-Direttiva (horizontales In-House-Geschäft) – Portata tal-kontroll ta’ dan l-organu tad-dritt pubbliku
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ prodotti konkluż bejn, minn naħa, università li hija awtorità kontraenti u li hija kkontrollata fil-qasam tal-akkwisti tal-prodotti u tas-servizzi tagħha minn Stat Federali Ġermaniż u, min-naħa l-oħra, minn impriża rregolata mid-dritt privat li hija miżmuma mill-Istat Federali u mill-Istati Federali Ġermaniżi, li inkluż fosthom jinsab dan l-Istat Federali, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk għandu jkun suġġett għar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti minn din id-direttiva.