26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/62


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 — Ferring vs UASI — Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T-502/12)

2013/C 26/122

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferring BV (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 1216/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, jew — fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni favur il-konvenut — li jiġu kkundannati jħallsu l-ispejjeż in solidum il-konvenut u l-intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “OCTASA”, għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8169881

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark fil-Benelux Nru 377513 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal fost l-oħrajn prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 1181393 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 218845 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Daniża Nru VR 02430 1980 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Finlandiża Nru 94367 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark fir-Renju Unit Nru 1131049 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Spanjola Nru 1766091 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5, reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 605880 għat-trade mark verbali “PENTASA”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark fil-Benelux Nru 430245 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Finlandiża Nru 95782 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Franċiża Nru 1537576 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark fir-Renju Unit Nru 1262052 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Irlandiża Nru 175341 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Portugiża Nru 246194 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Daniża Nru VR 198601124 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 2000103 għat-trade mark verbali “OCTOSTIM”, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u ksur tar-Regola 80(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.