26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/56


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2012 — Sanofi vs UASI — GP Pharm (GEPRAL)

(Kawża T-493/12)

2013/C 26/113

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanofi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: GP Pharm, SA (Sant Quinti de Mediona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 201/2012-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GEPRAL”, għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1010832 li tkopri l-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 418607, fis-seħħ fl-Awstrija, tat-trade mark verbali “DELPRAL”, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u ppermetta r-reġistrazzjoni internazzjonali fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.