26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/52


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2012 — Coca-Cola vs UASI — Mitico (Master)

(Kawża T-480/12)

2013/C 26/105

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, D. Stone u L. Ritchie, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) (Damasku, is-Sirja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fid-29 ta’ Awwissu 2012 fil-Każ R 2156/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Master”, għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9091612

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8792475 tat-trade mark figurattiva “Coca-Cola”; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3021086 tat-trade mark figurattiva “Coca-Cola”; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2117828 tat-trade mark figurattiva “Coca-Cola”; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2107118 tat-trade mark figurattiva “Coca-Cola”; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark fir-Renju Unit Nru 2428468 tat-trade mark figurattiva “C”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.