11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/23


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — CEDC International vs UASI — Underberg (Forma ta’ werqa ħaxixa ġewwa flixkun)

(Kawża T-235/12)

2012/C 243/41

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Underberg AG (Dietlikon, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 2506/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bid-deskrizzjoni “is-suġġett tat-trade mark huwa werqa ħaxixa kannella-ħadranija ġewwa flixkun, it-tul tal-werqa ħaxixa huwa madwar tliet kwarti tat-tul tal-flixkun”, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 33266

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Franċiża Nru 95588457 tat-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta flixkun b’werqa ħaxixa għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39848553; reġistrazzjoni tat-trade mark Pollakka Nru 62018; reġistrazzjoni tat-trade mark Pollakka Nru 62081 għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Pollakka Nru 85811 għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni tat-trade mark Ġappuniża Nru 2092826 għal prodotti fil-klassi 28; reġistrazzjoni tat-trade mark Franċiża Nru 98746752 tat-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta flixkun b’werqa ħaxixa għal prodotti fil-klassi 33; trade mark mhux irreġistrata użata fil-kummerċ fil-Ġermanja b’rabta ma’ “vodka”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-prinċipju ta’ legalità;

ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 u r-Regola 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 u konsegwentement anki l-Artikoli 8(1)(a), 42(2) and (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.