28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – PAN Europe u Stichting Natuur en Milieu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/12) (1)

([“Ambjent - Regolament (KE) Nru 149/2008 - Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidji - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Tmiem ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2015/C 320/42)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju), u Stichting Natuur en Milieu (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Martens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Burggraaf, P. Ondrůšek u G. von Rintelen, sussegwentement minn B. Burggraaf, G. von Rintelen u P. Oliver u finalment minn G. von Rintelen, H. Kranenborg u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni, tas-16 ta’ Ottubru 2012, li biha l-Kummissjoni tiċħad bħala infondati t-talbiet għall-eżami intern mill-ġdid mir-rikorrenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabblixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) u Stichting Natuur en Milieu għandhom ibati l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.