8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals et vs Il-Kunsill

(Kawża T-28/12) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Dazju antidumping definittiv - Adozzjoni ta’ regolament ġdid - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 164/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Ecogreen Oleochemicals (Kabil-Batam, l-Indoneżja); Ecogreen Oleochemicals (Singapore) Pte Ltd (Singapor; Singapor); u Ecogreen Oleochemicals GmbH (Dessau-Roβlau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u N. Chesaites, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1) sa fejn jimponi dazju antidumping lil PT Ecogreen Oleochemicals.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Sasol Olefins & Surfactants GmbH u Sasol Germany GmbH.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn PT Ecogreen Oleochemicals, Ecogreen Oleochemials (Singapore) Pte Ltd u Ecogreen Oleochemicals GmbH.

(4)

Sasol Olefins & Surfactants u Sasol Germany għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012.