22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/12) (1)

((Relazzjonijiet barranin - Ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Marokk - Liberalizzazzjoni reċiproka fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd - Applikazzjoni tal-Ftehim għas-Saħara tal-Punent - Front Polisario - Rikors għal annullament - Locus standi - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Konformità mad-dritt internazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża))

(2016/C 068/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (rappreżentanti: inizjalment C.-E. Hafiz u G. Devers, sussegwentement G. Devers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. Westerhof Löfflerová u N. Rouam, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, E. Paasivirta u D. Stefanov, sussegwentement F. Castillo de la Torre u E. Paasivirta, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, 2012/497/UE, tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 241, p. 2).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/497/UE tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, hija annullata sa fejn hija tapprova l-applikazzjoni tal-imsemmi ftehim għas-Saħara tal-Punent.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario).


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013