23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Anagnostakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/12) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea - Politika ekonomika u monetarja - Nuqqas ta’ rimbors tad-dejn pubbliku - Stabbiliment tal-prinċipju tal-‘istat ta’ neċessità’ - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Attribuzzjonijiet tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 389/27)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Alexios Anagnostakis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Anagnostakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6289 finali, tas-6 ta’ Settembru 2012, li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea “Miljun firma għal Ewropa solidarja”, ippreżentata lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexios Anagnostakis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 22.12.2012.