24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 239/43 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2017 – Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kunsill
(Kawża T-442/12) (1)
([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina - Modifika tad-dazju antidumping definittiv - Reviżjoni interim parzjali - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Nefqiet fuq l-inputs maġġuri li jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”])
(2017/C 239/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst, S. Van Cutsem, F. Graafsma u J. Cornelis, avocats)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistita inizjalment minn G. Berrisch, avocat, u minn N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn G. Berrisch u minn B. Byrne, solicitor, u finalment minn N. Tuominen, avocat)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement M. França u J. F. Brakeland, aġenti) u Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Industria Chimica Valenzana SpA (Borgoricco, l-Italja), Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerno, l-Italja), Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja) u Comercial Química Sarasa, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. MacLean, solicitor)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2012, L 182, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni [tal-Kunsill] (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan japplika għal Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd. |
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati nofsi l-ispejjeż sostnuti minn Changmao Biochemical Engineering kif ukoll l-ispejjeż tiegħu stess. |
3) |
Changmao Biochemical Engineering għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha. |
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
5) |
Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie Srl u Comercial Química Sarasa, SL għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |