7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – l-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju - Għajnuna implementata mill-Ġermanja favur il-Bayerische Landesbank fil-kuntest tar-ristruturazzjoni tiegħu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet - Tħassir tad-deċiżjoni inizjali redatta f’lingwa li ma hijiex tal-Istat Membru - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 090/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, M. Windisch, W. Peschorn u S. Ullreich, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Artikolu 19(1)(d) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5062 finali, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28487 (C 16/2009 ex N 254/2009) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika tal-Awstrija favur il-Bayerische Landesbank, kif ukoll, sussegwentement għat-tħassir tal-imsemmija deċiżjoni permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/657 tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija lill-Bayerische Landesbank (il-Kawża SA. 28487 (C 16/09, ex N 254/09)) (notifikata bid-dokument C(2013) 507) (ĠU 2015, L 109, p. 1), talba għal annullament tal-Artikolu 2(1)(d) u (2) ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 373, 1.12.2012.