25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-319/12 u T-321/12) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Ċinematografija - Għajnuna għall-kostruzzjoni u għall-operat ta’ kumpless ċinematografiku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompataibbli mas-suq intern - Kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq - Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali - Għajnuna intiża għall-promozzjoni tal-kultura - Obbligu ta’ motivazzjoni))

2014/C 282/37

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, abogado del Estado); Ciudad de la Luz, SAU (Alicante, Spanja); u Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SAU (Alicante) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, J. Belenguer Mula u M. Muñoz de Juan, sussegwentement J. Buendía Sierra u J. Belenguer Mula, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni (2012) 3025 finali tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Mejju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22668 [C 8/2008 (NN 4/2008)], li Spanja implementat favur Ciudad de la Luz, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ciudad de la Luz, SA, Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.