28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Tubes Radiatori vs UASI – Antrax It (Radjatur)

(Kawża T-315/12) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta radjatur ta’ tisħin - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Saturazzjoni tal-iktar teknika moderna - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

2014/C 129/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero u P. Menapace, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Antrax It Srl (Resana) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 953/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Antrax It Srl u Tubes Radiatori Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 953/2011 3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Tubes Radiatori Srl.

4)

Antrax It Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.