22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2014 — SICOM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/12) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Għajnuna fil-forma ta’ ikel - Provvista ta’ żejt tal-kolza lill-Ginea - Ineżekuzzjoni ta’ kuntratt - Preskrizzjoni)

2014/C 52/63

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SICOM Srl — Società industriale per il confezionamento degli olii meridionale (Cercola, l-Italja) (rappreżentant: R. Manzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti ammont li jikkorrispondi għall-penalitajiet imposti għall-kwantitajiet li ma ġewx ikkunsinnati u għall-kunsinna tardiva, imnaqqas mill-Kummissjoni mill-ammont finali imħallas lir-rikorrenti għall-provvista ta’ żejt raffinat tal-kolza lir-Repubblika tal-Ginea, fil-kuntest ta’ azzjoni ta’ għajnuna fil-forma ta’ ikel imwettqa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 664/2001, tat-2 ta’ April 2001, dwar il-provvista ta’ żejt veġetali bħala għajnuna fil-forma ta’ ikel (ĠU L 93, p. 3).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

SICOM Srl — Società industriale per il confezionamento degli olii meridionale hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012.